Appell urġenti qed isir lill-pubbliku biex jgħin jinstab kelb li ħarab minn Ġebel San Martin, fil-limiti ta’ Żejtun.
Dan mhux każ ordinarju, hekk kif il-kelb huwa ta’ tifel li bħalissa għaddej minn żmien diffiċli ħafna wara li tilef lil ommu.
Skont l-appell, dan il-kelb huwa sors ta’ faraġ kbir għal dan it-tifel, u għalhekk kull min jarah jew isibu huwa mħeġġeġ jirritornah mill-aktar fis.
“Jekk jogħġobkom, min isibu jirritornah, għax dan it-tifel għaddej minn diffikultà kbira — għadu kemm tilef il-mamà tiegħu, u f’dan il-kelb isib ftit farag.”
Il-pubbliku mitlub ukoll jaqsam din l-informazzjoni kemm jista’ jkun, sabiex jiżdied iċ-ċans li l-kelb jinstab u jerġa’ jingħaqad ma’ sidu. Kull għajnuna tista’ tagħmel differenza kbira f’dan il-mument sensittiv.
Jekk ikollok xi informazzjoni agħmel kuntatt fuq 7920 2181