“Għadu Kif Ħalliena L-Ħabib Tagħna Nestu Camilleri L-Pere. Karattru Simpatiku U Mill-Aktar Ċajtier” – L-MP Clyde Puli

L-MP Clyde Puli ħabbar il-mewt ta’ Nestu Camilleri li kien magħruf bħala l-Pere. Hu kiteb, “Għadu kif ħalliena l-ħabib tagħna Nestu Camilleri l-Pere. Karattru simpatiku u mill-aktar ċajtier. Miegħu u ma’ ħuh Mario ilni ħbieb għal ħafna snin. Kull nhar ta’ Ħadd dejjem nintasbu ngħidu kelma l-każin.”





Fatt kurjuż hu li Nestu kien fuq it-televiżjoni, infatti Puli jgħid, “Għal dawk li għadom m’għarfuhx Nestu huwa dak li fis-serje televiżiva Aħna Aħna Jew M’Aħniex kien immortalizza l-frażi ‘Ħelluni ftit’ meta rabtuh ma’ siġġu u telquh f’kamra. Dakinhar qasam lil Malta bid-daħk. “

Il-karattru ferrieħi tal-Pere żgur jibqa’ mfakkar. Infatti Puli jtemm billi jgħid, “Aħna li konna nafuh kellna l-lussu li jdaħħakna spiss bil-battuti u l-inbix tiegħu. Issa strieħ fis-sliem Nest u mur nissel tbissima fuq wiċċ l-anġli. Kondoljanzi lill-familja.”

Strieħ fis-sliem Nestu, f’isem Gwida.mt ngħaddu l-kondoljanzi sinċiera tagħna lill-familjari u l-ħbieb.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI