Sephora ta’ Diego And Us, mill-pjattaforma soċjali tagħha, ittella’ dan il-filmat tassew ħelu b’mumenti sbieħ flimkien mal-familja tagħha. Taħtu hemm miktub, “Għal dak li vera ngħix, l-unika ħaġa li vera fiha tifsira.”
In-narrativa fl-isfond tal-filmat tgħid dawn il-kliem,
“ Fil-ħajja xejn ma hu aktar prezzjuż minn uliedek. Meta tixjieħ u meta xagħrek jibjad, u ġismek jibda jgħejja. Meta tpoġġi u tibda timmedita fuq l-affarjiet li seħħew f’ħajtek xejn mhu ser ikun iktar importanti mil-mistoqsija minn kif it-tfal tiegħek kibru. Mhux il-flus li tkun għamilt f’ħajtek, mhux il-karozzi li kellek, mhux id-dar kbira li kont tgħix fiha, imma l-mistoqsija li ser tibqa’ tberren f’moħħok ser tkun imma t-tfal tiegħi sa fejn waslu?”
Prosit huma dawn il-mumenti mal-għeżież tagħna li jibqgħu fil-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna.