Ilbieraħ Terry ta’ Bormla ħadet id-deċiżjoni li titlaq mill-partit u tagħmel tessera mal-partit l-ieħor. Ta’ dan, irċiviet mijiet ta’ kummenti ta’ mibgħeda fuq il-midja soċjali, kif ukoll ħafna tgħajjir. Fuq il-midja soċjali, Terry wieġbet għat-tgħajjir kollu li qalgħet.
“Serrħu raskom li għamilt dan kollhu għall-ebda attenzjoni jew għall-likes kif tgħidu intom. Għal min qalli lagħqija u pinnura, tafu ala lagħqija? Għax kemm-il darba mort inħabbat bieb għall-għajnuna u ma fetħulix, Għamiltha darba, tnejn, tlieta u baqgħu ma fetħulix. Weġgħa kbira dik.”
“Jien ma qlibtx mill-lum għal għada, imma kulħadd jaf kemm kont leali lejn il-partit l-ieħor”. Terry spiċċat il-messaġġ billi qalet: “Għal min irid isegwini jibqa’ jsegwini u min le dik għazla tiegħu, biss jien nagħmel dak li nħoss li hu l-aħjar għalija.”
X’taħseb dwar dak li qed tgħid Terry? Int taqbel magħha? U kieku kont fis-sitwazzjoni tagħha, tagħmel bħalha? Iktbilna fil-kummenti.
Facebook/Terry Ta’ Bormla