Waqt diskussjoni li tqanqlet fuq Popolin, tkellmet fost oħrajn omm ta’ tifel li għandu l-awtiżmu. Hi tiftaħ qalbha dwar il-ġudizzju li jkollha taffaċja b’mod regolari, b’mod speċjali mingħand ġenituri oħrajn li l-omm tispjega li ma jifhmux x’inhuma r-riperkussjonijiet tal-awtiżmu.
Rebecca Scicluna tfisser kif ommijiet bħalha ta’ tfal li għandhom l-awtiżmu diġà jkollhom jaffaċjaw għadd ta’ sfidi sabiex jaraw li uliedhom jibqgħu mexjin ‘il quddiem f’ħajjithom minkejja kollox.
Tisħaq għaldaqstant li l-inqas ħaġa li ġenitur għandu jaffaċja wara dawn l-isfidi hi proprju ċanfira mingħand ġenituri oħrajn li jikkumentaw u jiġġudikaw mingħajr ma jaħsbu qabel.
L-omm, iddispjaċuta, issostni li fil-fehma tagħha s-soċjetà saret waħda iżjed insensittiva u esprimiet it-tħassib tagħha li kultant qed niġu naqgħu u nqumu mill-uġigħ ta’ xulxin.
Facebook / Popolin u Pexels