Għaliex Għandna Dan Il-Maltemp Bħalissa U X'Għandna Nistennew?

Dil-ġimgħa bdiet bil-maltemp kif kien qed jiġi previżt! Ir-raġuni wara dan hija sempliċi, ir-riħ waqaf allura dan fisser li l-isħab tax-xita qed jimxi bil-mod ħafba. Infatti il-paġna It-Temp Madwarna ħabbret li “xi ħalbiet jistgħu jkunu qawwija kultant.”

Ix-xita bdiet minn tard matul il-lejl u dalgħodu kompliet nieżla b’saħħa. Jidher li f’partijiet tal-gżejjer Maltija għamlet aktar minn f’partijiet oħra. Ġewwa l-gżira t’Għawdex nieżel madwar 15-il millimetru ta’ xita.

B’kuntrast skont l-istess paġna, xħin għaddiet l-aġġornament in-Nofsinhar ta’ Malta kien għadu xott! Kultant anqas temmen li gżira żgħira u t-temp ikun differenti f’lokalitajiet differenti!





Marcus Camilleri – Facebook / It-Temp Madwarna



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI