Fis-sajf, fil-perjodu bejn Mejju u Settembru jsiru l-maġġoranza tat-tiġien! Ħafna jsejħulu bħala l-istaġun tat-tiġien! Imsieken l-irġiel b’dik is-suit li jkollhom jibqgħu biha sal-aħħar (jew sakemm taqbżilhom). F’ħafna minn dawn it-tiġien qed nindunaw li dieħla ftit ftit trend ġdida. Dik li l-kejk jinqasam fil-bidu jew fin-nofs tat-tieġ flok fl-aħħar.
Staqsejna lil Maria Falzon u Catherine Sciberras, il-wedding organisers minn Bizzilla u qtajna l-kurżità għaliex qed issir hekk.
Dawn qalulna li… “Għalkemm mhux dejjem hemm min qed jagħżel li jaqta’ l-kejk qabel ma jibda it tieg sew ħalli meta jkun beda iż-żfin, in-nies jibqgħu jiżfnu u mhux ikollhom għalfejn jieqfu biex jaqtgħu l-kejk.”
Raġuni oħra għaliex it-tradizzjoni tal-kejk qed issir fil-bidu hija ħabba l-after party. “Ikun hemm mistednin li jibdew jgħajjew lejn l-aħħar tat-tieġ u jibdew jitilqu u hija ħaġa sabiħa li meta l-koppja taqsam il-kejk, l-mistednin kollha jduru madwar il-mejda tal-kejk”
Imma l-kejk jikluh in-nies? Maria u Catherine jissuġerixxu… "Minħabba li waqt tieġ, ġeneralment il-kejk jittiekel inqas minn ikel u ħelu oħrajn, l-għarajjes jistgħu jiftehmu mal-caterer u jpoġġu l-porzjon li kieku kien se jitqassam waqt it-tieġ ġo kaxxi żgħar u preżentabbli. B'hekk il-mistednin jistgħu jieħdu magħhom id-dar il-biċċa tal-kejk u ma jkunx hemm ħela".

Gwida.mt jawguraw lill-koppji kollha li ser jiżżewġu dalwaqt!