Għaliex Nagħmlu Riżoluzzjonijiet tas-Sena l-Ġdida? Ix-Xjenza Wara Dan

Kull sena, hekk kif tibda sena ġdida, ħafna minna nħossu x-xewqa li nibdlu xi ħaġa f’ħajjitna: nieklu aħjar, nagħmlu aktar eżerċizzju, jew nieqfu minn drawwiet li ma jgħinuniex. Din mhijiex kumbinazzjoni, iżda rispons psikoloġiku magħruf.

Ir-riċerka ssejjaħ dan il-fenomenu fresh start effect; effett fejn dati simboliċi bħall-1 ta’ Jannar jgħinuna nħossu li qed nibdew paġna ġdida. Moħħna jaqsam il-ħajja f’kapitli, u s-sena l-ġdida toħloq distakk mentali bejn “min kont” u “min nixtieq inkun”.

Barra minn hekk, ir-riżoluzzjonijiet jagħtuna sens ta’ kontrol u tama. Il-psikoloġija turi li meta niffaċċjaw inċertezza jew għejja emozzjonali, il-bniedem ifittex struttura u direzzjoni. Pjan, anke jekk sempliċi, jgħin sabiex inaqqas l-ansjetà u jsaħħaħ il-motivazzjoni.

Interessanti wkoll li ħafna riżoluzzjonijiet huma marbuta ma’ identità, mhux biss imġiba: bħal irridu nkunu persuna aktar b’saħħitha, mhux biss li mmorru l-gym.

Għalkemm ħafna riżoluzzjonijiet ma jdumux, l-intenzjoni nnifisha turi ħaġa waħda ċara: il-bniedem għandu x-xewqa innata li jikber, jitgħallem, u jemmen li bidla hija possibbli.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI