Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, s-Segretarju Parlamentari Malcom Paul Agius Galea qasam messaġġ rigward St Vincent De Paul.
Hu qal, “Għalija, St Vincent de Paul mhux sempliċiment entita’ li taqa taħt id-dekasteru tiegħi. Illum kont hemm ukoll. Kellna kunċert sabiħ tal-mużika sagra, bħal ma jkun hemm f’ħafna rħula Maltin f’dawn iż-żminijiet.”
Żied jgħid, “Għalija San Vinċenz huwa villaġġ; taħlita ta’ anzjani, ħaddiema, qraba. Dan nikkonfermah kull darba li niltaqa’ ma’ xi ħadd li jgħidli, ‘ommi issa mietet, imma xorta bqajt niġi’. Din tixhed is-sens ta’ komunita’ li bnejna f’dan il-kumpless.”
Facebook/Malcom Paul Agius Galea