Post sempliċi iżda sinċier ġie maqsum mill-paġna Chasing Dreams: Levi’s Journey fl-okkażjoni ta’ Cerebral Palsy Awareness Day, li ġiet iċċelebrata lbieraħ li tixħet dawl fuq realtà li għal xi familji hija parti mill-ħajja ta’ kuljum.
Fil-kitba tagħhom, huma spjegaw kif għal ħafna dan il-jum jgħaddi bħal kull jum ieħor, iżda għalihom jirrifletti esperjenza li jgħixu kontinwament. Huma semmew l-isfidi li jiltaqgħu magħhom, flimkien mas-saħħa u d-determinazzjoni li jkollhom bżonn kuljum.
Fil-qalba tal-istorja hemm Levi, tifel li l-vjaġġ tiegħu huwa mimli mumenti żgħar li għal oħrajn jistgħu jidhru ordinarji, iżda għalih u għall-familja tiegħu jfissru ħafna. Kull pass ’il quddiem huwa sinifikanti u juri kemm il-progress jista’ jkun differenti għal kull persuna.
Permezz ta’ din il-qsim, il-paġna qed tfakkar li l-għarfien dwar il-cerebral palsy mhuwiex limitat għal jum wieħed biss, iżda huwa marbut ma’ esperjenzi reali li jkomplu kuljum.
Storja li tistedinna nifhmu aħjar u napprezzaw realtajiet differenti li forsi mhux dejjem naraw. Araw il-post HAWN.
Facebook / Chasing Dreams: Levi’s Journey