L-attur u l-preżentatur tar-radju Ryan Mark De Battista qed jiċċelebra għeluq sninu. Apparti li komplejna naraw lil Ryan jibrilla fl-irwol ta’ attur f’diversi produzzjonijiet, televiżivi u teatrali, illum nafu l-kapaċità tiegħu ta’ preżentatur fuq ir-radju.
Missieru l-attur u l-awtur bravissimu Ivan De Battista kiteb messaġġ biex jawgura lil Ryan Mark.
“Illum Ħamis ix-Xirka… jum ieħor importanti fejn idaħħalna fil-ħsieb dwar il-passjoni u l-mewt ta’ Kristu… Għalina llum hija ċelebrazzjoni oħra: it-twelid tax-xiħ tagħna, Ryan Mark. Illum għalaqt kwart ta’ seklu!”
Ivan ikompli, “Diġà wasalt f’nofs l-għoxrinijiet, anqas temmen. Kif itir iż-żmien. Bħal ħuh, twieled fil-ġimgħa tad-Duluri għax twieled it-Tnejn tad-Duluri! Filli f’idejna u filli fuq il-palk il-weekend li għadda jinterpreta karattru mill-aktar impenjattiv!”
Awguri mill-qalb Ryan Mark!