“Għalkemm Illum Tagħlqu 30 Sena, Għalija Dejjem Se Tibqgħu T-Tfal Tiegħi” – Rita Agius Saliba

Illum huwa għeluq snin Renald u Richard Aquilina. Huma twieldu fit-28 ta’ Marzu tal-1996 u b’hekk illum għalqu 30 sena. Ommhom Rita Agius Aquilina, kitbet messaġġ mill-isbaħ f’dan il-jum speċjali.

“Illum qalbi mimlija emozzjoni li kważi ma nistax inpoġġiha fi kliem,” hi kitbet. “Għax intom mhux biss it-tfal tiegħi, intom kollox għalija. Minn meta żammejtkom f’idi l-ewwel darba, kont naf li ħajti qatt ma kienet se tkun l-istess…u qatt ma ridt li tkun.”

“Intom mhux biss it-tfal tiegġi, intom parti minni. Għalkemm illum tagħlqu 30 sena, għalija dejjem se tibqgħu t-tfal tiegħu. U jien dejjem se nkun hawn għalikom.”

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Renald u RIchard f’dan il-jum speċjali.







Ritratti:

Facebook / Rita Agius Saliba

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI