Kevin Borg u martu Maria Francesca llum jagħlqu t-tieni anniversarju minn meta qalu iva lil xulxin u bdew il-ħajja miżżewġa.
Kevin u Maria ċċelebraw dan l-anniversarju minn qabel din is-sena, minħabba impenji mużikali li għandu. Bla dubju xorta waħda l-ewwel persuna li ġiet f’moħħu kienet martu, li bħal-lum ngħaqad magħha fiż-żwieġ.
Kevin jikteb, “F’dan il-jum, sentejn ilu żżewwiġt lis-sieħba tiegħi u għalkemm ninsab fuq in-naħa l-oħra tal-Ewropa, l-ewwel ħaġa li rajt malli qomt kien messaġġ mingħand l-għażiża marti, fuq l-arloġġ li tatni qabel ma ġejt l-Iżvezja, kif tistgħu taraw fir-ritratt, allura ser tkun miegħi l-ħin kollu.
Awguri minn qalbna!
Facebook/ Kevin Borg