L-Unjoni ta’ edukaturi professjonali – Vuċi tal-Ħaddiema permezz tal-paġna ta’ Facebook tagħha ħabbret, “L-UPE għadha kemm irċeviet notifika oħra ta’ edukatur ieħor li allegatament ħa l-virus. L-unjoni ġiet infurmata li l-edukatur jaħdem fil-Kulleġġ San Ġorġ Preca, Blata l-Bajda, Middle School.”
Huma komplew jgħidu, “L-unjoni tirrakkomanda li l-edukaturi jibqgħu viġilanti l-ħin kollu. Bħal dejjem, l-għaqda tawgura lil dan l-edukatur fejqan ta’ malajr u bla inċidenti.” Aħna nittamaw li ma ndumux ma nisimgħu li dawn l-għalliema fiequ minn dan il-virus bla problemi u b’hekk ikunu jistgħu jkompli bil-vokazzjoni tagħhom.
Aġġornament: F’kuntatt li għamlet l-iskola ma’ Gwida.mt ġie kkonfermat li fil-fatt huwa membru tal-istaff li nstab pożittiv u mhux edukatur. L-istess membru ilu ma jidħol l-iskola numru ta’ jiem u b’hekk wieħed għandu jserraħ moħħu li l-prekawzjonijiet kollha ġew meħuda.