Illum hi ġurnata speċjali għall-attur Carlos Farrugia u l-familja tiegħu, propju propju għax ommu Rita se tkun qed tiċċelebra għeluq sninha!
F’messaġġ sempliċi u qasir, Carlos awgura lil ommu fuq il-midja soċjali: “Awguri lill-għażiża ommi Rita. Grazzi talli għallimtni xi tfisser il-vera mħabba ġenwina u ta’ dak kollu li għamilt u għadek tagħmel miegħi. Nħobbuk ħafna,” kiteb hu.
Aħna minn Gwida.mt nittamaw li Rita qed tgawdi l-ġurnata tagħha kif jistħoqqilha żgur. M’hemm xejn aħjar mill-imħabba li kapaċi toffri l-familja. Awguri mill-qalb!
Facebook/Carlos Farrugia