“Għalmenu Ngawdu Llum. U Għada B’Żewġ Ġranet Mill-Isbaħ.” – Mid-Djarju Tat-Timba Jagħtu Aġġornament Dwar It-Temp

Skont aġġornament ippubblikat minn Mid-Djarju Tat-Timba, il-jiem li ġejjin se jibdew b’kundizzjonijiet tat-temp stabbli u pjaċevoli, qabel ma tidħol bidla aktar ’il quddiem fil-ġimgħa.

Illum u għada mistennija jkunu ġranet bnazzi u sbieħ, b’temp ġeneralment xemxi u żieda ħafifa fit-temperatura matul il-ġurnata. Se jkun qed jonfoħ riħ moderat mill-Lbiċ, li jżomm il-kundizzjonijiet komdi minkejja s-sħana ħafifa.

Matul il-ġurnata jista’ jkun hemm ftit sħab, iżda mhix mistennija xita, la llum u lanqas għada. Dan jagħmilhom żewġ ġranet ideali biex wieħed igawdi attivitajiet barra jew sempliċement joħroġ jieħu x-xemx.

Madankollu, il-previżjoni tindika li mill-Erbgħa filgħaxija ’l quddiem hemm possibbiltà ta’ bidla fit-temp, b’kundizzjonijiet inqas stabbli u xita li tista’ tidher. Aktar dettalji dwar din il-bidla mistennija jingħataw f’aġġornamenti li ġejjin.

Sadanittant, l-appell hu ċar: gawdu dawn il-jiem sbieħ, ħu ftit xemx u ibqa’ aġġornat għall-iżviluppi li ġejjin fit-temp.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI