“Għalqet 83 Sena… Rose Iżżur L-Anzjani Li Jkunu Weħidhom, Tħit, Timmudella U Anki Tiżfen!” – Maria La Barokka Tawgura Lil Rose

Maria La Barokka

Il-preżentatriċi Maria La Barokka Muscat kitbet messaġġ ta’ ammirazzjoni u awgurju għal Rose, anzjana li llum għalqet 83 sena. Eżatt ġiet, għax Rose ser tkun waħda mill-mistednin waqt il-programm Kuxjenza li jmiss.

Maria tikteb, “Happy Birthday lil Rose Ascione li llum għalqet 83 sena u se tarawha f’Kuxjenza s-Sibt li ġej. Ħelwa wisq. Awguri minn qalbi, Rose! Rose Iżżur l-anzjani li jkunu weħidhom, tħit, timmudella u anki tiżfen!”

Waqt il-programm Kuxjenza, Rose ser titkellem dwar kif tqatta’ l-ħin tagħha, u kemm ma taqtax qalbha malajr biex toħroġ, u fejn tista’ anke tmur tagħmel żjarat ġod-djar tal-anzjani.

Awguri mill-qalb, Rose! Ibqa’ kun ta’ ispirazzjoni għal ħafna!







Ritratti:

Facebook/ Maria La Barokka Muscat

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI