"Agħmlu Intom… Skużawni" – Is-Segwaċi Ta' Ivan Gaffiero Inkwetati Għalih

Ivan Gaffiero huwa bniedem pożittiv għall-aħħar u ta’ dan bosta japprezzawh u jħobbuh. Madanakollu bħalissa jinsab diżappuntat immens u dan wrieh fuq il-paġna uffiċjali tiegħu.

Ivan jisħaq li hawn wisq persuni negattivi li qed iġiegħeluh iħoss li l-kliem ta’ ġid li kontinwament ixerred huwa kollu ta’ xejn. Ilkoll nafu dan huwa minnu u kellu bżonn inkunu aktar ta’ hena għal xulxin. Bosta ħadu ħsieb dak li qal fuq Facebook u kkummentawlu jistaqsuh x’ġaralu u biex jagħmel kuraġġ.





Nifhmuk perfettament Ivan – neħtieġu bidla totali fl-attitudni tagħna. Madanakollu naċċertawk li kliemek dejjem iħalli ġid u ta’ dan ħafna jħobbuk u japprezzawk.! Kuraġġ Ivan!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI