“Għandek Xi Kollezzjoni Ta’ Statwi? Taħdem Xogħol Bl-Idejn Jew Xi Ħaġ’oħra Relatata Ma’ Dawn Il-Festi?” – Bonġu Malta Qed Ifittex!

Bonġu Malta

Gordon Bonello, f’isem Angie Laus u l-produzzjoni u t-tim tal-programm Bonġu Malta rċevew rispons pożittiv mill-pubbliku għax-xandiriet diretti tal-programm minn lokalitajiet differenti.

Dan qed jixxandar kull nhar ta’ Ħadd fuq l-istazzjon nazzjonali. Qed jippreżentaw u jenfasizzaw dak kollu li jiddistingwi l-identità Maltija, filwaqt li jżommu kumpanija mat-telespettaturi fid-djar tagħhom.

It-tim din id-darba qed ifittex nies li huma midħla tal-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid. F’post ta’ Gordon Bonello, hemm avviż għal min hu interessat.

Bonġu Malta qed ifittex nies li għandhom għal qalbhom jew id-delizzju tal-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid. Għandek xi kollezzjoni ta’ statwi? Taħdem xogħol bl-idejn jew xi ħaġ’oħra relatata ma’ dawn il-festi? Ibagħtilna messaġġ privat.”

Int wieħed minnhom jew taf min? Ikkuntattja lil Bonġu Malta issa!







Ritratti:

Facebook/ Bongu Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI