“Bagħtuli li qed jidawwar dan il-messaġġ fuq Facebook ippostjat fuq il-paġna satirika RUBS – Pastizzi Posting. Anka jien tbissimt meta rajtu,” beda l-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri.
Wieħed forsi jaħseb li l-Ministru kien se jieħu għalih, imma xejn minn dan. Anzi, inkoraġġixxa aktar satira. “Filwaqt li nħeġġiġhom ikomplu bis-satira fuq il-politiċi (għandna bżonnha ħafna Malta) ngħidilhom li iva jien gamer ukoll u nipprova ta’ kuljum nqatta ftit ħin mat-tifel nilgħab FIFA.”
Il-Ministru spiċċa billi qal: “Illejla jekk tridu nagħmlu logħba online – ovjament jien nagħżel il-Juventus!”
Forza Juve Ministru… nittama li tirbaħ!
Facebook/Silvio Schembri