“Għandna L-Agħar Rata Tal-Fertilità… Dan Ifisser Li 5 Ġenerazzjonijiet Oħra Se Jispiċċa L-Poplu Malti” – Conrad Borg Manche

Il-kunsillier Gżirjan Conrad Borg Manche saħaq li waħda mill-ikbar kriżijiet li qed jaffaċja pajjiżna bħalissa hi proprju r-rata baxxa ta’ fertilità. Wissa li jekk ma tittiħidx azzjoni allura “se jkun fadal biss ħames ġenerazzjonijiet sakemm il-poplu Malti jiżvinta”.

Conrad fisser kif din hija indikazzjoni ċara li ż-żgħażagħ Maltin qed joqogħdu lura milli jġibu t-tfal fid-dinja. Sostna li r-raġuni ewlenija għal din hija għaliex huma maħkumin minn sens ta’ inċertezza u appella sabiex tinstab soluzzjoni għal dan.

“Bħalissa l-medja hi li kull mara jkollha wild wieħed… dan il-fatt hu wieħed allarmanti,” saħaq il-kunsillier Gżirjan.







Ritratti:

Pexels u Facebook / Conrad Borg Manche

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI