Għandna Nistennew Inqas Minn 100 Każ Tal-Covid-19 U Jidher R-Rata Ta' Infezzjonijiet Niżlet Ukoll!

F’pajjiżna ilna nesperjenzaw numri għoljin, numri aktar minn 100 kuljum. Kull numru huwa weġgħa ta’ qalb għax jistgħu jinqalgħu kumplikazzjonijiet. Iżda fl-aħħar jiem bdejna naraw dawn in-numri neżlin ftit ftit… kultant jerġgħu jitilgħu. Wara l-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena erġajna rajna numri kbar iżda dejjem hemm it-tama li l-affarijiet ħa jmorru ‘l quddiem.





Fuq il-paġna tiegħu, Gerald Fenech qal li llum hemm madwar 65 test pożittiv filwaqt li r-rata ta’ tasmissjoni tinsab madwar 0.9. Dan hu sinjal tajjeb ħafna. L-awtoritajiet dejjem jaħdmu biex iżommu r-rata ta’ trasmissjoni taħt il-wieħed għax dan ikun ifisser li l-virus mhux qed jinfirex b’rata mgħaġġla.



Mill-banda tagħha, iz-Zija TT ukoll qalet li llum aħbar tajba għandna nistennew f’termini ta’ numri tal-Covid-19! Hi qalet li hemm madwar 60 persuna pożittiva sa kmieni dalgħodu. Jidher li hemm qbil bejnietom.

L-istess kliem qalu t-tabib Frank Portelli li ma speċifikax numru partikolari imma qal li l-każijiet niżlu taħt il-100! Nittamaw li issa li l-każijiet bdew neżlin u t-tilqim tal-vaċċin għaddej ġmielu li n-numri attivi jibdew jonqosu b’rata mgħaġġla wkoll!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI