Ilbieraħ, tard filgħaxija il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Clayton Bartolo ħabbar li ġiet nieqsa l-għażiża nanna tiegħu. F’post fuq Facebook, il-Ministru sellmilha b’erba’ kelmiet ħelwin.
Hu kiteb, “Għażiża Nanna Ċettina, sal-lum kellek tara d-dawl tax-xemx… għada mhux se jisbaħ għalik. Grazzi tal-imħabba u l-għożża li wrejtna f’ħajtek u tal-valuri li għallimtna nħaddnu. Sa ma nerġgħu niltagħu. Strieħ fis-sliem u sellilna għan-Nannu Ġużi.”
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-Ministru u l-familja tiegħu f’dan iż-żmien.