"Għażiża Nanna… M'Għandix Kliem Niex Niddeskrivi Kif Qed Inħossni Bħalissa…" – Mauro Kitcher Jitlef Lin-Nanna Tiegħu

Il-kantant lokali Mauro Kitcher, ftit tal-ħin ilu ħabbar li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem in-nanna tiegħu. Hu ħalla messaġġ fuq il-midja soċjali avolja jinsab bla kliem.

Mauro kiteb, “Għażiża nanna… M’għandix kliem biex niddeskrivi kif qed inħossni bħalissa… L-unika konsolazzjoni li għandi bħalissa hija li ommi tixbah perfettament lilek.”

Hu jkompli jgħid, “Strieħ fil-paċi għażiż nanna… Tir fil-għoli… issa wasal iż-żmien li tgawdi liz-zija Jane, liz-ziju Freddie, liz-ziju Charlie u l-bqija. Issa wasal iż-żmien li jiċċelebraw il-wasla tiegħek fil-ġenna.”

Hu spiċċa jgħid, “Inħobbok dejjem. Strieħ fis-sliem.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI