Illum jagħlaq sninu l-attur lokali Charles Meli, żgur li wiċċ familjari ma’ dawk li jsegwu d-drama lokali.
Hu rajnieh jieħu sehem f’Ġieħ L-Imħabba, fiċ-Ċaqqufa, l-Gharusa u anke Division 7. Jibqa’ mfakkar anke għall-film Malti li kiseb tant suċċess, Qlub Imweġġgħa
Charles hu missier ta’ tewmin u kemm-il darba rajnieh b’xi kitba ddedikata għalihom f’għeluq sninhom ngħidu aħna. Fil-fatt Charles jikteb anke poeżiji ddedikati lill-għeżież tiegħu, fosthom poeżiji mill-qalb għall-ġenituri.

Ritratt: Facebook/ Charles Meli
Charles juri kemm japprezza l-ħajja b’kelmtejn li qasam fuq il-profil tiegħu fil-ġurnata speċjali tiegħu. “3 t’April 2026. Għeluq snini u l-irtirar. Nirringrazzja l’Alla 65 sena llum,” kiteb Charles.
Xerred ritratt għall-okkażjoni u kien hemm bosta li kkummentaw bix-xewqat sbieħ tagħhom.
It-tim ta’ Gwida.mt jawgura lil Charles. Jalla jkollok ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!
Facebook/ Charles Meli