Għomor Il-Ħabs Jew Il-Piena Kapitali Għar-Raġel Li Qatel Lil Athena Grand Li Kellha Biss 7 Snin

Każ li xxokkja lid-dinja kollha huwa l-qtil taċ-ċkejkna Athena Grant, tifla ta’ biss 7 snin mill-Istati Uniti. Athena nħatfet minn qrib id-dar tagħha fl-2022 minn Tanner Horner, sewwieq ma’ Fedex li kien proprja mar iwassal ir-rigali tal-Milied lilha.

Horner ħataf liċ-ċkejkna fejn fl-istess van stupraha u qatilha. Riċentament ħareġ ukoll l-aħħar ritratt taċ-ċkejkna li ġie meħud minn kamera tas-sigurta fl-istess van. Il-kamera irrekordjat ukoll dak kollu li seħħ fl-istess van, fejn għalkemm Horner għatta l-kamera, xorta waħda irrekordjat dak li kien qed jingħad u jinstema’ minn ġewwa l-vettura.

Riċentament, Homer ammetta li qatilha u l-ġurija qed jiddeliberaw jekk għandux jingħata l-piena kapitali, jew inkella għomor il-ħabs.

Dan ma kienx l-ewwel każ ta’ Homer ta’ imġieba indiċenti fil-konfront ta’ minuri oħra.

Tistrieħ fis-sliem u nittamaw li sseħħ ġustizzja magħha.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI