L-atleta Malti tat-taekwondo Gianluca Barbara kiseb rebħa importanti fil-Madrid Masters Open, fejn rebaħ il-midalja tad-deheb wara prestazzjonijiet dominanti.

Hu għeleb lill-Ispanjol Roberto Fernández Pelegrín fis-semifinali u lill-Amerikan Roberto Arana fil-finali, champion dinji tal-2025, b’rebħiet ċari, li jfisser li l-ġlieda ntemmet qabel il-ħin minħabba vantaġġ kbir fil-punti.

Il-kompetizzjoni, li saret f’Madrid, laqqgħet atleti minn diversi pajjiżi u kienet tinkludi wkoll kamp ta’ taħriġ internazzjonali. Barbara ġie mistieden miċ-champion dinji Eduardo Lozano biex imexxi l-kamp flimkien miegħu.

Minbarra s-suċċess individwali, hu kien parti minn tim internazzjonali li rebaħ ukoll it-team combat. Għal dawn il-prestazzjonijiet kollha, Barbara ngħata t-titlu prestiġjuż ta’ “Best Male Competitor”.
Dan ir-riżultat ikompli jikkonferma l-livell għoli tiegħu, hekk kif qed jibqa’ jispikka fost l-aqwa atleti Masters fl-Ewropa.