Gianni Valletta kiteb kapitlu ġdid fl-istorja tar-rumanz sportiv meta sar l-ewwel Ewropew u t-tieni barrani li qatt rebaħ it-title prestiġjuż King of Gate. Dan l-unur jasal waqt l-edizzjoni tal-2025, li fiha Gianni ġie inkurunat bħala t-20 champion wara li ħareġ rebbieħ f’tournament intens organizzata minn Dragon Gate, wieħed mill-akbar promoturi indipendenti tar-wrestling madwar id-dinja, magħruf għall-livell għoli ta’ spettaklu u kompetizzjoni.
F’messaġġ emozzjonanti fuq il-midja soċjali, Gianni, li normalment iżomm profil baxx, qal li dan il-mument kien jistħoqqlu kliem differenti. Hu qal li finalment jista’ jsejjaħ lilu nnifsu wrestler professjonali komplut u jħossu verament sodisfatt bil-karriera tiegħu.
Gianni fetaħ qalbu dwar il-vjaġġ diffiċli li kellu jagħmel f’dawn l-aħħar 15-il sena: jiem u snin twal ’il bogħod minn daru u mill-maħbubin tiegħu, iljieli fejn anke raqad barra jew fuq l-art fl-ajruporti, eluf ta’ sigħat ta’ tħarriġ iebes, korrimenti li jakkumulaw sena wara sena, żmien meta kien bil-ġuħ għax kien qed jinvesti kull ċenteżmu fit-titjiriet biex jagħmel isem, u anke l-isfida li jżomm relazzjoni jew jibni familja minħabba l-ħajja kontinwa fuq tour. Madankollu, tenna li kull sagrifiċċju kien jiswew u wasslu għal dan il-mument storiku.
Fl-aħħar tal-messaġġ tiegħu, Gianni rringrazzja lill-familja u lill-ħbieb qrib tiegħu talli wrew paċenzja u appoġġ matul is-snin kollha, kif ukoll lill-kollegi tiegħu u lill-aħwa fir-wrestling li kienu parti mill-mixja tiegħu lejn il-quċċata. Il-karriera tiegħu tkompli tissaħħaħ b’dan l-unur kbir, u bħala Malti li rnexxa fuq livell internazzjonali, jibqa’ ispirazzjoni għal kull min jemmen li l-ħolm jista’ jsir realtà permezz ta’ perseverenzi u dedikazzjoni bla qies.
Facebook / Gianni Valletta