“Ġie Jżurna U Għamel Donazzjoni Ġeneruża Ta’ €5,000 Biex Jisponsorja Kamra Ġewwa L-Appartamenti Ta’ Puttinu Fl-Ingilterra” – Puttinu Cares

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Puttinu Cares laqqgħu lis-segwaċi tagħhom ma’ Saviour, li llum mar iżurhom u ta donazzjoni mill-isbaħ li ser tagħmel ħafna ġid.

Huma qalu, “Lil Saviour ilna nafuh minn meta Puttinu kien għadu jibda. Dejjem joffri l-għajnuna tiegħu b’tbissima u b’imhabba. Illum ġie jżurna u għamel donazzjoni ġeneruża ta’ €5,000 biex jisponsorja kamra ġewwa l-appartamenti ta’ Puttinu fl-Ingilterra. Grazzi immens tal-ġenerożità tiegħek ġest sabiħ li jkompli jagħmel differenza kbira fil-ħajja ta’ ħafna familji.”

Prosit Saviour, verament għamilt ġest mill-isbaħ.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI