“Ġiegħel Annimali Jsofru Uġigħ U Tbatija Bla Bżonn… Żamm Annimali Mingħajr Kura Xierqa” – The Malta Police Force

Kelb

Il-paġna The Malta Police Force ħabbret dwar każ fejn din il-ġimgħa raġel instab ħati fuq moħqrija tal-annimali.

“Li ġiegħel annimali jsofru uġiegħ u tbatija bla bżonn, li żamm annimali mingħajr kura xierqa u li naqas milli jiżgura l-bżonnijiet bażiċi tagħhom, fosthom ikel, ilma, kenn u kura adegwata.”

Hu weħel multa ta’ €15,000 mill-qorti u ġie pprojbit milli jżomm annimali. “Il-każ kien beda wara li f’Settembru tal-2023 il-pulizija rċeviet rapport dwar allegat moħqrija fuq annimali fiż-żona tal-Landrijiet, ir-Rabat, fejn il-pulizija sabet żewġt iklieb miżmuma f’kundizzjoni ħażina.”

L-istess klieb ttieħdu għal ħarsien kif xieraq fid-Dipartiment għat-Trattament Xieraq tal-Annimali.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI