Ġiġi, Logħob Tradizzjonali Malti U Sfidi Għat-Tfal Ġejjin F’Casal Fornaro Dan Il-Weekend!

Jekk għadkom qed tfittxu x’tagħmlu mal-familja dan il-weekend, Casal Fornaro f’Ħal Qormi se jkun qed joffri programm mimli ikel, divertiment u attivitajiet għat-tfal, bid-dħul kompletament b’xejn! L-attivitajiet se jsiru nhar il-Ġimgħa 18 u s-Sibt 19 ta’ Settembru, bis-serata tibda mis-18:30 ’il quddiem.

Nhar il-Ġimgħa, it-tfal se jkollhom iċ-ċans jingħaqdu ma’ Brandon Terribile għal sensiela ta’ sfidi u logħob divertenti. Serata li mistennija żżomm liż-żgħar okkupati filwaqt li l-familja kollha tkun tista’ tgawdi l-atmosfera ta’ Casal Fornaro.

L-għada, is-Sibt 19 ta’ Settembru, imiss lil Twist Events b’attività li se tieħu lit-tfal ftit lura fiż-żmien. Se jkun hemm diversi logħob tradizzjonali Malti, biex il-ġenerazzjoni tal-lum tkun tista’ tipprova wħud mil-logħob li tant kienu popolari mal-ġenituri u n-nanniet tagħhom.

Iżda mhux it-tfal biss se jkollhom x’jagħmlu! Dawk li jħobbu l-ikel se jkunu jistgħu jduqu wkoll il-lunch ta’ Ġiġi permezz ta’ tasting speċjali matul l-attività. Id-divertiment għat-tfal se jkun qed isir ħdejn FIDI Burgers, viċin il-Knisja ta’ San Bastjan f’Ħal Qormi.

Għalhekk, jekk qed tippjanaw ħarġa mal-familja dan il-weekend, Casal Fornaro jista’ jkun waħda mill-għażliet tagħkom – b’ikel, logħob, sfidi u ħafna divertiment mifrux fuq jumejn. Casal Fornaro se jsir nhar il-Ġimgħa 18 u s-Sibt 19 ta’ Settembru, bl-attivitajiet jibdew mis-6:30pm ’il quddiem. Id-dħul huwa b’xejn.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI