“Giorgia Mae Bdiet Illum. Bħal Kull Ġenitur Mumenti Bħal Dawn Ngħożżuhom Immens…” – Il-Prim Ministru Robert Abela

Is-sena skolastika għal numru ta’ studenti bdiet proprju f’dawn il-jiem, filwaqt li għal studenti oħra, is-sena skolastika tibda fil-ġranet li ġejjin. Il-Prim Ministru Robert Abela qasam ritratt flimkien ma’ martu u bintu, fl-ewwel jiem lura lejn l-iskola ta’ Giorgia Mae.

Hu kiteb, “Good Luck lil dawk kollha li se jkomplu bl-esperjenza skolastika f’dawn il-jiem. Giorgia Mae bdiet illum. Bħal kull ġenitur mumenti bħal dawn ngħożżuhom immens u kif nagħmlu kull sena ħadna ritratt tal-okkażjoni qabel daħlet l-iskola.”

Minkejja li bil-maskra ma’ wiċċha, wieħed jista’ jara l-ferħ f’għajnejn Giorgia Mae hekk kif ħa tkun qed tirritorna lura l-iskola. F’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawguraw lil Giorgia Mae u lill-istudenti kollha li ħa jkunu qed jirritornaw l-iskola fil-jiem li ġejjin.





Facebook / Robert Abela



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI