Giorgia Mae Staqsiet Il-Mistoqsija Jekk Santa Klaws Jeżistix! Lydia Weġbitha Hekk…

Hija sabiħa l-imaġinazzjoni tat-tfal fuq Santa Klaws jew ix-xiħ tal-Milied. Kull tifel u tifla jgħid tiegħu/tagħha fuq kif dan jitfaċċa u jwassal ir-rigali. Iżda meta dawn ikunu qed jikbru jibdew jistaqsu jekk dan jeżistix jew le. F’Intervista fuq Sunday Circle kien hemm Lydia Abela u AnneMarie Grech li tkellmu fuq il-Milied.





Lydia qalet li din is-sena t-tifla Giorgia Mae staqsiet jekk Santa Klaws jeżistix, “Wara li qrajt u kkonsultajt iddeċidejt li ngħidilha l-verita għax qaluli li meta t-tfal jistaqsu ikunu preparati” tgħid Lydia. Biss Giorgia ma tantx ħadet gost bit-tweġiba u ma setatx tieqaf tibki. “Għalhekk għedtilha li kont qed nagħmilha test u issa qed temmen!” twieġeb Lydia.

It-tfal ġieli staqsewk fuq ix-xiħ tal-Milied? X’għedtilhom?



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI