Gorton Magri – Ippreżentat Rekord Nazzjonali Hekk Kif Ta’ 7 Snin U Nofs Għandu 291 Mudell Tal-LEGO

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Records tkellmu dwar rekord nazzjonali ġdid li ġie ppreżentat riċentament.

Huma qalu, “The Malta Records ilbieraħ ġejna mistiedna ġewwa residenza privata f’Ħal Qormi sabiex nivverifikaw, ngħoddu u nippreżentaw rekord nazzjonali ġdid fil-gżejjer Maltin. L-iżgħar kollezzjonist ta’ mudelli differenti tal-LEGO fil-gżejjer Maltin.”

Żiedu jgħidu, “Dan ir-rekord nazzjonali ġdid ġie mwaqqaf minn Gorton Magri li fl-età ta’ 7 snin u nofs għandu 291 mudell tal-LEGO. The Malta Records nirringrazzjaw lill-familja Magri li laqgħuna f’darhom. Aħna aktar minn ċerti li Gorton se jkompli jibni aktar mudelli tal-LEGO u jkabbar il-kollezzjoni tiegħu.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI