Il-Membru Parlamentari Ray Abela fuq il-mezzi soċjali tiegħu lbieraħ feraħ lill-imħabba ta’ ħajtu Celaine Attard f’jum il-gradwazzjoni tagħha. Hu kitbilha, “Kemm aħna kburin bik. Illum nissiltilna sodisfazzjoni kbir f’ħajjitna.”
Hu jżid, “Kemm hu sabiħ illi wara tant sagrifiċċji tiġi premjata … ċertifikat u esperjenzja li tiswa ħafna għal futur tiegħek u ta’ bintna Kate. Gradwata bħala omm, bħala mara u gradwata mill-Università.”
Hu jtemm, “Dan rajtu u esperjenzajtu fik. Inħobbuk bla qies.” F’isem Gwida, nawgurawlha ta’ dan is-suċċess miksub, suċċess ħadmet tant għalih minkejja li għad għandha tifla żgħira.
Prosit tmur lill-istudenti kollha li gradwaw, speċjalment dawk li baqgħu għaddejjin minkejja li riedu jkomplu max-xogħol u l-familja tagħhom. Awguri mill-qalb!
Facebook / Celaine Attard