“Grat Għas-Sena Li Kelli” – Il-Kantant U Żeffien Luke Vella F’Jum Għeluq Sninu

Luke Vella

Luke Vella, artist lokali ta’ stil dance pop li jgħix f’Londra, lbieraħ iċċelebra għeluq sninu. Wara li mexa lejn ir-Renju Unit, Luke żviluppa t-talent tiegħu fiż-żfin, fil-kant, u fir-reċtar, u sawwar identità kunfidenti.

Luke matul din is-sena nieda għadd ta’ kanzunetti oriġinali kif ukoll l-EP tiegħu Divine Chaos. Huwa jiddeskrivi d-dinja artistika tiegħu bħala Divine Chaos, fejn kontinwament tispikka l-konnessjoni u l-verità emozzjonali fil-kanzunetti tiegħu.

Fuq Spotify dan l-aħħar, Luke laħaq aktar minn13,000 semmiegħ u aktar minn 30,000 stream. L-udjenza tiegħu hija internazzjonali, u qed tkompli tikber drastikament.

Kiteb kelmtejn fl-okkażjoni t’għeluq sninu. “Sena oħra memorabbli (potenzjalment aktar minn waħda meta naħseb dwarha). Grata għas-sena li kelli.”

Awguri mill-qalb Luke!







Ritratti:

Instagram/ Luke Vella

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI