Illum hi ċelebrazzjoni speċjali għall-kantanta lokali Jessica Magro, hekk kif apparti tiċċelebra għeluq sninha, tiċċelebra wkoll l-anniversarju miż-żwieġ.
Lil Jessica rajnieha f’diversi festivals bħal Epoka Festival, il-Konkors Kanzunetta Indipendenza Żgħażagħ, l-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ, Malta Hit Song Contest, u Konkors Kanzunetta Indipendenza. Lura fl-2017 hi rebħet l-edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu bil-kanzunetta Meta r-Ramel Jitħallat Mas-Silġ.
Il-kantanta kitbet messaġġ għall-okkażjoni flimkien ma’ ritratt mal-għażiż żewġha Ephraim. “Grata għal sena oħra, speċjalment li qed niċċelebraw it-tielet anniversarju taż-żwieġ tagħna.” Awguri mill-qalb Jessica f’għeluq sninek, kif ukoll nawguraw lilha u lil Ephraim għall-anniversarju!
Facebook/ Jessica Magro