“Grazzi, 2025” – Dylon Brignano Jiftaħ Qalbu Dwar Sena Ta’ Sfidi, Tkabbir U Mumenti Li Bidlulu Ħajtu

Il-preżentatur lokali Dylon Brignano qasam riflessjoni emozzjonanti dwar is-sena 2025, sena li skontu kienet mimlija bidliet, sfidi u mumenti li ħallew marka profonda f’ħajtu.

F’kitba personali u sinċiera, Dylon iddeskriva l-2025 bħala sena ta’ avventuri ġodda u episodji mhux mistennija, li f’ċerti mumenti ġabu wkoll dwejjaq u tbatija. Madankollu, fost dawn l-isfidi, kien hemm ukoll mumenti “verament mill-isbaħ” li se jibqgħu miegħu għal dejjem.

Is-sena li għaddiet, skont Dylon, għallmitu jħobb lilu nnifsu aktar, jisma’ l-leħen ta’ qalbu u jiftaħ ruħu għal nies ġodda li daħlu f’ħajtu proprju meta kellu l-aktar bżonnhom. Huwa rrikonoxxa li kiber, tgħallem u sar aktar b’saħħtu, anke f’dawk il-jiem meta ma ħassux hekk.

Fil-messaġġ tiegħu, Dylon radd ħajr speċjali lill-familja u lill-ħbieb tiegħu, li kif qal, kull sena jibqgħu l-pedament ta’ appoġġ f’ħajtu u jfakkruh li qatt mhu waħdu. Huwa rringrazzja wkoll lill-kollegi tiegħu f’Net Media, fejn spjega li l-2025 kienet sena ta’ sfida partikolari, speċjalment hekk kif daħal fi rwol ġdid. Minkejja dan, kull kollega kien għalih sors ta’ saħħa, minn kelma ta’ kuraġġ sa spalla fuq xiex jistrieħ.

Dylon temm il-messaġġ tiegħu b’ringrazzjament lis-sena li għaddiet – għat-tagħlim, il-memorji, in-nies u t-tkabbir personali li ġabitlu magħha – u sellimha b’kelma waħda, “Grazzi, 2025.”







Ritratti:

Facebook / Dylon Brignano

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI