Fost in-nies kollha li tgħin Puttinu Cares, hemm Claire Chircop. Claire għadha kemm waslet lura Malta mal-familja tagħha wara operazzjoni kbira ġewwa l-Ingilterra!
Claire kellha ssiefer lejn l-Ingilterra biex tagħmel operazzjoni għal trapjant tal-mudullun. Li kieku ma kinux Puttinu Cares, Claire ma kienx ikollha fejn toqgħod matul iż-żmien li għamlet fl-Ingilterra.
Hi tgħid li għalkemm il-wasla tagħha lura Malta huwa mument sabiħ, se tkun qed timmissja lir-residenti l-oħrajn li ltaqgħet magħhom f’Puttinu House. Dan għaliex tul dak iż-żmien, kellha ċ-ċans tibni relazzjonijiet b’saħħithom ma’ persuni differenti u tirċievi sapport kbir mingħandhom.
Claire spiċċat il-messaġġ tagħha billi qalet, “grazzi ħafna għeżież Puttinu Cares talli pprovdejtuli l-akkomodazzjoni tul iż-żmien tiegħi fir-Renju Unit.”