"Grazzi Bl-Għajnuna Tagħkom Inġabru €1,436,955" – Bjorn

Il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi b’risq ALS Malta ġiet fi tmiema ftit minuti ilu. Għal min segwa t-trażmissjoni, seta jara t-tbatija li kien għaddej Bjorn minnha. Iżda b’determinazzjoni baqa’ hemm sal-aħħar. Mhux ta’ bxejn il-poplu Malti jħobbu wisq dan il-bniedem. Tul il-maratona li bdiet f’nofsinhar tal-Ħadd 27 ta’ Settembru nġabru total ta’ €1,436,955.

Bjorn irringrazzja minn qalbu lill-poplu Malti u Għawdxi tas-sapport li wera tul il-maratona. Il-maratona xxandret fuq l-istazzjonijieġ kollha u kienet anke mxanndra fuq il-paġna ta’ Bjorn innifsu.





Sadanitant in-numri għadhom miftuħin u jekk tista’ għamel donazzjoni lil ALS MALTA biex Bjorn jiftaħ it-tieni dar tiegħu. Dar ikbar mill-ewwel waħda, b’faċilita li jkun jista’ jgħid ‘IVA” lil aktar pazzjenti bl-ALS. 



☎️ Ċempel 5100 2017 €20
☎️ Ċempel 5190 2075 €50
📱 Ibgħat SMS 5061 9271 €11.65
📞 Agħmel donazzjoni ta’ kemm trid 21 311 311
📱 BOV Mobile Pay 7909 6249

F’isem Bjorn GRAZZI!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI