“Grazzi Għalih U Nies Bħalu Li Emmnu Fija, Jien Fabrizio Li Jien Illum. Strieħ Fis-Sliem Għażiż.” – Fabrizio Faniello

Il-kantant lokali Fabrizio Faniello, isellem il-memorja tal-mibki Monsinjur Victor Grech, b’filmat tassew ħelu li ttieħed meta ltaqa’ miegħu ftit tal-ġimgħat ilu waqt il-funeral tal-kantant Joe Grech. Fabrizio interpreta Marija l-Maltija barra l-knisja dakinhar u kellu ċ-ċans li jiltaqa’ ma’ Monsinjur Victor Grech.





Il-Caritas għandha post speċjali f’qalb Fabrizio u dan jidher biċ-ċar f’messaġġ li tella’ fuq il-mezzi soċjali tiegħu fejn kiteb, “Mons Victor Grech, iddispjaċini wisq kif smajt bl-aħbar. Hawn filmat qasir mill-aħħar darba li ltqajna fil-funeral tal-għażiż ħuh Joe Grech. Il-ġid li għamel dan ir-raġel hu kbir u jien ma nistax ma nsellimlux minn qiegħ qalbi. Grazzi għalih u nies bħalu li emmnu fija, jien Fabrizio li jien illum. Strieħ fis-sliem għażiż. Grazzi.”

Żgur li ħafna huma dawk li jaqsmu messaġġi simili għax Monsinjur Victor Grech kien hemm għal kulħadd u għen mijiet ta’ nies differenti minn kull aspett tal-ħajja.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI