"Grazzi George Għal Dawn Is-Snin Kollha Li Tajt Kontribut Lill-Għaqda, Kont Sinonimu Mal-Għaqda." – Titħabbar It-Telfa Ta' George

Fuq il-paġna uffiċjali tagħhom l-Għaqda Tan-Nar San Nikola għadhom kif ħabbru t-telfa ta’ raġel li tant ta mħabbtu u ħin minn ħajtu għal din il-komunità, George. Huma sellmu l-memorja tiegħu u rringrazzjawh mill-qalb ta’ dak kollu li għamel mill-qalb magħhom.

“B’sogħba kbira nħabbru l-mewt ta’ George Agius (Iċ-Ċimblu), President tal-Għaqda tan-Nar San Nikola.  Bniedem eżemplari u ħabbrieki li kulħadd ser iħoss it-telfa tiegħu.  Grazzi George għal dawn is-snin kollha li tajt kontribut lill-Għaqda, kont sinonimu mal-Għaqda.  Dejjem bi tbissima u b’kariżma kbira.  Strieħ fis-sliem.”

Iħabbru wkoll id-dettalji tal-funeral. “Kondoljanzi lill-familja tiegħu. Il-funeral ta’ George ser isir fil-Knisja Arċipretali tas-Siġġiewi għada t-Tnejn 20 ta’ Settembru 2021 fl-4.00pm.” 

Strieħ fis-sliem għażiż George. Kondoljanzi mingħandna lill-familjari, qraba u ħbieb.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI