Ryan Mark De Battista huwa wieħed mit-tfal tal-attur Ivan De Battista. Fuq il-medja soċjali Ryan xtaq juri l-apprezzament tiegħu lejn missieru f’Jum il-Missier permezz ta’ messaġġ sempliċi, iżda effettiv, li kitiblu.
“Nixtieq nibda billi ngħid Jum il-Missier it-tajba lill-missier l-iktar intelliġenti, pjaċevoli u li jieħu ħsieb,” kiteb Ryan.
“Grazzi għall-appoġġ u l-paċenzja li tajtni tul ħajti meta niġu għall-edukazzjoni, id-drama u oħrajn. Inħobbok u grazzi ta’ kollox.”
Awguri Ivan! Nittamaw li kellek ġurnata sabiħa ħafna mal-familja tiegħek illum.
Facebook/Ryan Mark De Battista