Aktar tard ilbieraħ Daniel Umanah ħabbar fuq il-profil ta’ Instagram li l-missjoni li kellu ġewwa n-Niġerja kienet ta’ suċċess, hekk kif il-kmamar ta’ konvenjenza għat-tfal tal-villaġġ li ħadem fih, jinsabu lesti.
“Fuq nota pożittiva; illum irnexxielna nlestu t-3 kmamar tal-konvenjenza għat-tfal tar-raħal ta’ Ikot Imoh fiż-Żona tal-Gvern Lokali ta’ Abak”, kiteb fuq il-post ilbieraħ. Daniel jieħu ħsieb jirringrazzja lil kull min kien ta’ sostenn għalih biex ikompli għaddej b’dan, speċjalment lill-għażiż missieru.
“Grazzi kbira lil dawk kollha li appoġġjawni matul dan il-proġett speċjalment lil missieri @patrickumanah u GRAZZI KBIRA lill-ħaddiema li ħadmu 16-il ġurnata sħaħ bla waqfien biex itemmu dan il-proġett eżatt fil-ħin qabel it-tluq tiegħi lura lejn Malta!”
View this post on Instagram
Prosit mill-qalb lil Daniel ta’ dan il-ġest nobbli tassew li għamel għal dawn it-tfal. Hawn taħt huwa filmat ta’ dak li għadda minnu waqt din il-missjoni.
View this post on Instagram