“Grazzi Kbira Lil Sacred Heart Convent Għal Din Id-Donazzjoni Ta’ Qalb Tajba!” – Moira Delia

Il-preżentattriċi maħbuba Moira Delia, illum kellha sorpriża sabiħa ħafna! Il-kulleġġ Sacred Heart Convent ta’ San Ġiljan ġabru ammont kbir ta’ provvisti bħal ikel għall-annimali.

“Prosit lis-Sinjura Maria Cassar, Assistenta Kap tal-Junior School u lill-Kap tal-Iskola, Is-Sinjura Elaine Siegler talli organizzajtu il-ġimgħa tal-Għarfien tal-Annimali!” kitbet Moira.

“Nixtieq li jkolli iktar ħin biex inżur aktar skejjel u niltaqa’ ma’ studenti żgħar biex naqsmu l-imħabba u l-kuntentizza li nieħu meta ngħin annimali mitlufin u abbandunati.”

Prosit kbira lil kulħadd involut!





Facebook/ Moira Delia



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI