Illum omm Kyle qedt tiċċelebra għeluq sninha u f’dan il-jum speċjali Kyle ħallielha messaġġ tassew sabiħ! “Int bniedma sabiħa u tal-għaġeb! Grazzi talli kont hemm għalija, talli tħobbni u grazzi ta’ kollox! L-ebda kliem ma jista’ jiddeskrivi l-imħabba tiegħi għalik!”
Hu jkompli jgħidilha, “Grazzi talli turina n-naħa sabiħa tal-ħajja, inkluż l-imħabba, l-hena u s-sbuħija tal-qalb tajba! Fil-fatt dawk huma xi kwalitajiet li għandek! Kemm jien kburi li nsejjaħlek ommi. Inħobbok ġawhra.