Leanne Vella rrikoriet għall-facebook biex tirringrazzja minn qalbha kemm lill-familja tagħha u lil dawk kollha li tawha l-għajnuna; lilha u lit-tifel, fl-aċċident li kellha bil-karozza. “Grazzi mmens!! Grazzi wkoll lill-istaff tal-emerġenza li ħadu ħsibna bla waqfien, bija u bit-tifel.”
Faħħret ukoll lill-istaff dedikat tal-ambulanzi u kompliet tenfasizza li l-kelma grazzi mhux biżżejjed. Jidher li kif kitbet Leanne, hi kienet qed issuq bil-mod għall-affari tagħha u anke kienu qalbu l-lights ħodor u saqet. “Konna bis-safety belts ! Tafdawx! Tarax kif issuq inti biss, imma l-problema kif isuq ħaddieħor!! Ukoll”, kitbet Leanne.
Leanne tat l-ewwel għajnuna lit-tifel kif setgħet. Sostniet li kienet esperjenza kerha mmens u li ma tixtieq li ħadd ma jgħaddi minnha. “Il-visions biss huma aktar koroħ mill-aċċident”, spjegat Leanne hekk kif bħal kull min ikollu aċċident, jibqa’ jġibu quddiem għajnejh.
“Illum kemm jiena u t-tifel ninsabu d-dar”, temmet tikteb Leanne filwaqt li reġgħet irringrazzjat lil kulħadd minn qalbha.
Agħmlu moħħkom hemm ħbieb, il-ġenn m’għandniex x’nambuh. Jekk qegħdin tard, missna naħsbu qabel. Il-bqija ġo Malta ngħixu, m’għandniex distanzi bħal xi lokalitajiet f’kontinenti akbar.
Għax Alla ħares qatt jiġri xi ħaġa, malajr naslu kmieni!!! Imbagħad ikun tard żgur!
Ritratt: Facebook/ Leanne Vella