Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Kunsill Lokali Ħaż-Żebbuġ qasmu mas-segwaċi tagħhom ritratt ta’ xi żgħażagħ li b’mod volontarju naddfu f’żona fir-raħal. Kellhom xi sigħat li jirrikjedu xogħol volontarju fl-istudji tagħhom, u ddeċidew li jagħżlu l-Kunsill Lokali.
Huma qalu, “Grazzi lil dawn iż-żgħażagħ li illum wara nofsinhar għamlu clean-up fiż-żona tat-Troll. Dawn l-istudenti għażlu lill-Kunsill sabiex iwettqu is-sigħat ta’ volontorjat li jirrekedu għall-istudji tagħhom. Ħajr għall-ħin li offrew sabiex jgħinuna nżommu Ħaż-Żebbuġ nadif.”
Prosit kbira!