Ilbieraħ iċċelebrat għeluq sninha Dr. Francesca Zarb, li nafuha bħala kantanta u preżentatriċi lokali.
Dr. Francesca ħadet sehem f’diversi festivals lokali fosthom il-Junior Song For Europe, l-istess produzzjoni li kienet preżentat lura fl-2009.
Kemm-il darba rajnieha bħala mistiedna fuq programmi, anke riċentament, fl-irwol tagħha ta’ avukat, fejn tkellmet dwar diversi suġġetti li niltaqgħu magħhom ta’ kuljum. Kienet serviet anke bħala intern fil-Qorti Kriminali Internazzjonali – ICC (Avukat tad-Difiża).
“Grazzi lil kulħadd tal-awguri. Kapitlu 31 beda llum,” kitbet Dr. Francesca fuq il-midja soċjali flimkien ma’ ritratt għall-okkażjoni. Bosta bagħtu x-xewqat sbieħ fil-kummenti.
Awguri mill-qalb Dr Francesca! Nawgurawlek dak kollu li tixtieq qalbek illum u dejjem!
Facebook/ Awla