“Grazzi Lis-Segwaċi Kollha Li Saru Ħbieb U Li Għamlu Dan Possibbli!” – Luke Chappell B’Tour Fir-Renju Unit

Luke Chapell

Il-kantant Malti Luke Chappell, li kien brilla fl-ewwel staġun ta’ X Factor Malta, dalwaqt se jivjaġġa lejn ir-Renju Unit biex jagħmel l-ewwel tour tiegħu bħala headliner – pass importanti fil-karriera tiegħu.

Dan it-tour qed jiġi organizzat u ffinanzjat kompletament minnu nnifsu, u se jdur diversi bliet madwar l-Ingilterra u l-Iskozja.

B’kollox, it-tour jinkludi sitt kunċerti li se jsiru bejn it-13 ta’ April u l-15 ta’ Mejju. Il-wirjiet se jsiru f’Bournemouth, Hertford, Londra, Glasgow, Birmingham u Sheffield.

F’Londra, Luke se jitla’ fuq il-palk tal-“The Dublin Castle”, venue ikoniku li fil-passat laqa’ artisti kbar bħal Amy Winehouse, Oasis u Blur fil-bidu tal-karrieri tagħhom.

Tul dan it-tour, Luke se jkun akkumpanjat mill-band tiegħu li tinkludi lil Peter Borg, Melchior Busuttil u Ryan Paul Abela.







Ritratti:

Facebook/ Luke Chappell

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI